Żjara fil-Mother and Baby Club u Grupp ta’ Anzjani

Nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Novembru, aħna l-istudenti tas-sitt sena tal-iskola Primarja ta’ Marsaskala qattajna ftit sigħat ġewwa l-Mother and Baby Club tar-raħal tagħna. Hemmhekk aħna lgħabna u żfinna mat-tfal u għamilna wkoll xi krafts marbuta ma’ żmien il-Milied. Din iż-żjara kienet parti mill-proġett tar-Reliġjon, li jinkludi xogħol fil-komunita’. Din kienet esperjenza sabiħa ħafna għalina għax tgħallimna li għalkemm aħna għadna żgħar xorta waħda jista’ jkollna sehem attiv fil-parroċċa tagħna. Barra minn hekk, konna sodisfatti ħafna li l-ġenituri pparteċipaw fl-attivitajiet li ħejjejna għalihom. Fl-aħħarnett nixtiequ nirringrazzjaw lill-kappillan u lil kull min imexxi dan il-grupp li laqgħuna u għenuna biex din l-esperjenza tkun suċċess.

Żjara lill-Grupp tal-anzjani

Nhar it-Tnejn, 3 ta’ Diċembru, aħna l-istudenti tas-sitt sena żorna lill-grupp tal-anzjani ġewwa l-parroċċa tagħna bħala parti mill-assessjar tas-suġġett tar-Reliġjon. Aħna kantajna xi kanzunetti tal-Milied. L-anzjani bdew ikantaw u jċapċpu magħna. Aħna ħadna gost ħafna li permezz tal-kant tagħna ferraħna lil dawn l-anzjani. Fl-aħħarnett aħna qassamnielhom xi frott. Nirringrazzjaw lil kulħadd tal-opportunita’ li tajtuna.