L-akbar xewqa tiegħi. – Kelly May 4.4
Din is-sena, minn kemm ili naf lil ħabibti Laura ħriġna b’idea li kien ilha tberren f’moħħna lejl u nhar. Minn mindu ħsibna fiha ma waqafniex naħsbu li nsiru awturi famużi ħafna. Bħalissa qed naħdmu fuq ktieb li wegħdt lill-ħabiba ma ngħidx x’jismu . Jien xtaqt li din ix-xewqa ssir realtà. Jekk insiru awturi famużi bħal Natalie Portelli jien inkun l-aktar persuna ferħana fid-dinja.
L- Akbar Xewqa Tiegħi – Laura 4.4
Ftit ilu, dis- sena stess, jien u l- akbar ħabiba tiegħi Kelly ħlomna f’xewqa li qed toħdilna ħafna ħin ta’ ħsieb. Ix- xewqa tagħna hija li meta nikbru nibdew noqogħdu flimkien u niktbu ktieb. S’ issa għadna m’għedna lil ħadd x’se jkun l- isem tal- istorja ħlief lil xulxin u ħabiba ohra tagħna li forsi ħa tieħu sehem fit- tieni ktieb. Waqt il- ‘’homework’’nibda naħseb fuq xi ideat għal ktieb u malajr nibda nisma’ lil ommi tgħidli, ‘’Kompli u moħħok hemm’’. Din ix- xewqa għadha ma ġratx għax għadna qed niktbu l- abbozz tal- ktieb. Nittama li xi darba dan il- ktieb isir ktieb popolari madwar Malta kollha u b’hekk aħna nsiru awturi famużi f’ Malta bħal Trevor Zahra. Żgur li jien u Kelly ħa jirnexxilna jekk naħdmu qatigħ. Jekk din ix- xewqa ssir realta’ jien u Kelly inkunu l- aktar tfal ferħanin fl- univers!